Għeluq tal-kont Closing an account

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali jixxiebħu għal GĦELUQ TAL-KONT. It-tnejn għandhom żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir sinjal għal GĦALAQ. L-idejn jiffurmaw 5 u jimteddu fil-ġnub bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala tal-id l-oħra. L-idejn jersqu qrib xulxin mill-polz sakemm is-swaba’ jitrikkbu. (ii) Imbagħad l-idejn jieħdu l-forma ta’ T bis-swaba’ l-kbar jogħrku lil xulxin waqt li id titla’ dritt ’il fuq u l-oħra tinżel ’l isfel xi tlett darbiet. It-tieni sinjal l-istess bħall-ewwel wieħed imma bit-tieni parti ssir qabel l-ewwel parti.

There are two similar signs for CLOSING AN ACCOUNT. Both have two parts. (i) First the sign for CLOSE is made. Both hands take the shape of 5 and lie at the sides with palms facing each other. The hands move towards each other from the wrist until the fingers overlap. (ii) Then the hands take the shape of T with the thumb and index finger rubbing against each other whilst one hand moves straight up and the other straight down about three times. The second sign is the same as the first but with the second part preceding the first.